L-ewwel darba li ssemiet din ir-riforma kien fil-laqgħa tal-Kumitat Festa Esterna li saret nhar il-5 ta' Marzu 2003. Hawn wieħed irid jgħid li għalkemm l-idea kienet tajba, id-difikulta biex titwettaq kienet kbira, l-aktar minħabba l-ispejjeż kbar involuti. Pero' f'qasir żmien il-kaxxier Twanny Dalli sar jaf li l-post nru 2/3 Triq Birbixkilla , magħruf bħala ta' Karmni taz-Zagag, kien għal-bejgħ. Dan informa lil kumitat li kellu jaħsibha sew iżda malajr. Minbarra l-finanzi, l-akbar problema kienet li l-post kien ikkundanat, b' hekk ried jitwaqqa u jinbena mill-ġdid. Dan kollu kien ifisser ħafna aktar flus kif ukoll żmien, iźda l-pożizzjoni strategika li jinsab fiha dan il-post ġagħalet lil kumitat iħares pożittiv u ma jaqtax qalbu. Wara li kulħadd qabel li x-xogħol kollu ser ikun volontarju u li kulħadd kien sa jagħti l-aktar li jista' ģie deċiż li l-post indikat jinxtara, fl-istess waqt inbdiet sistema ta' ġbir ta' fondi. F' dan l-istadju wieħed ma jstax jinsa lis-Sur Martin Agius u s-sinjura tiegħu li kienu importanti ħafna biex sar l-akkwist ta' dan il-post. Minnufih wara x-xiri nbeda x-xogħol fuq l-ippjanar, il-permessi u d-disinn tal-faċċata. Il-Ħidma tal-kumitat baqgħet għaddejja sew fuq il-festa kif ukoll fuq is-sede l-ġdid, tant li fis-27 ta' Novembru 2003 ġie approvat statut ġdid waqt seduta tal-kumitat. Sfortunatament il-permessi damu ma waslu minħabba ħafna konsiderazzjonijiet mill-awtoritajiet u bsaten fir-roti, iżda fl-aħħar waslet id-data tas-6 t' Ottubru 2004, li tibqa mnaqqxa b' ittri tad-deheb f' qalb kull Duttrinist. F' din il-ģurnata il-kuntrattur “Vella Group Ltd” beda jwaqqa l-bini l-antik mingħajr ħlas, biex minfloku tibda tinbena l-ħolma tad-duttrinisti. Aktar ferħ inħass meta beda tiela l-ġebel, l-aktar tal-faċċata kollha lavur fuq disinn ta' Renzo Gauci u xogħol ta' Joe Massa bl-għajnuna ta' diversi membri. L-ewwel seduta tal-kumitat fil-każin saret fit-23 ta' Ġunju 2006.
Id-Devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duttrina f' Hal Tarxien taf il-bidu taghha fl-1748, meta l-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan waqqaf fil-parrocca kongregazzjoni taht il-harsien tal-Madonna tad-Duttrina. Din il-kongregazzjoni kompliet tizviluppa l-aktar fis-seklu 19, meta Malta giet mahkuma mill-Inglizi li riedu jdahhlu t-taghlim protestant taghhom. Fl-istess zmien l-irhula bdew jaraw it-twaqqif ta' Fratellanzi godda li bdew jaghmlu l-festi taghhom aqwa minn tal-Fratellanzi li diga' kienu jezistu, dan ghaliex bdew jiccelebraw festa b' zewg aspetti , dak intern u l-iehor estern. Barra minn hekk kien zmien tajjeb biex jaqbdu dawn il-festi godda, dan ghaliex il-frevur ghar-religjon beda jizdied u wara li l-maggoranza tal-parrocci kienu qed jistabilixxu sew il-festi titulari taghhom bdew jahsbu ghat-tieni festa hekk imsejha sekondarja.
F' Hal Tarxien is-sitwazzjoni talbet li l-festa tal-Madonna tad-Duttrina tibda ssir minn qabel ma' giet eretta l-Fratellanza fl-1874. Dan peress li l-festa titulari kienet tkun iccelebrata f' Marzu, b'hekk kienet tkun fir-randan u sahansitra gieli giet fil-Gimgha Mqaddsa. Dan kien ifisser li l-festa ma ssirx u nies ta' Hal Tarxien ma setghux jiccelebraw, b' hekk riedu jfttxu jaraw x' jaghmlu halli jkunu bhal irhula ohra. Ghalhekk il-festa tal-Madonna tad-Duttrina bdiet tkun iccelebrata bil-kbir ghax kienet issir f' Gunju. Xhieda ta' dan hija dokumentata fil-kotba li ghandha l-Fratellanza ta' meta kienet ghadha kongregazzjoni, tant li fl-arkivji kollha tal-parrocca l-ewwel ircevuta ghal hlas li sar ghal servizz li tat il-banda tar-rahal, tinsab f' dawn il-kotba.
Jidher car li sa sentejn biss wara li twaqqfet il-Fratellanza(1874) jigifieri fl-1876 il-festa kienet kibret sew. Dan jghidu rapport dwar din il-festa li deher fil-Malta News tal-21 ta' Gunju 1876. Dan ir-rapport jghid li fil-festa kienu jarmaw l-armar, jixghelu d-dwal u jaghmlu nar sabih. Jinghad li n-nar tant kien sabih li ghadda sahansitra n-nar li kien inhadem mill-barranin fl-okkazjoni taz-zjara tal- Princep ta' Wales f' Malta, li lill-Gvern kien swielu madwar £500.
Maz-zmien il-festa kompliet tissahah u tikber, hawn ta' min ifakkar li ghalkemm dak iz-zmien l-armar fit-toroq ma kienx bhal-lum, l-armar fil-knisja kien mill-aqwa ghaliex il-kursija, l-kappelluni u l-kor kienu jkunu armati bid-damask, kien ikun hemm il-hames linef tal-kristall fil-kursija u l-maggur kien jintrama bl-istess armar fil-festa titulari u dik sekondarja.
F' dan l-istess zmien tal-bidu jidher li origina wkoll il-laqam tas-Serduk ghal din il-festa, li ghalkemm hadd ghadu ma jaf xi jfisser ezatt jidher li kien qabad sew sal-bidu tas-seklu 20 tant li f' ritratt tan-nar mehud fl-1929 tidher bandiera bis-serduk fuqha.
Prosit lil shabi d-duttrinisti kollha ghall-festa kbira li ghadna kif ghamilna!! kienet l-iktar sena difficli imma l-aktar wahda ta' sucessi! Prosit ta' kollox!!
NIXTIEQ NAJT AWGURI MIN QALBI GHAL LEJLA BIEX IKUN HEMM FESTA SABIHA U FESTA MIL QALB U JURU UKOL MIN HUMA LI GEW IMLAQMIN TAL FIGOLI.VIVA DEJJEM TAD DUTTRINA.
B'Lulju ahna kburin, ghax fit-torog ewlenin nohorgu r-regina tal-Qaddisin- Il-Madonna tad-Duttrina!!! Viva x-Xemx ta' Lulju li fadlilha biss 19-il gurnata ohra biex tixghel triqatna u ssebbah rahalna! :)
Proset lid-duttrinisti kollha kemm dawk tal-kcina li ghalkemm ma nidrux xorta wahda tghajna sehem kbir f'din attivita u kull min ta' xi tip ta' ghajnuna... Nghid proset specjalment lil Tyrone is-segretarju taghna li mexxa din l-attivita flimkien mal-mohh ta' din l-attivita: is-sezzjoni zghazagh u lil Doris li mexxitni bix-imexxi lil ohrajn fil-kcina. Ghalkemm xoghol iebes xorta niehu gost naghmlu ghaliex ikollok dak is-sodisfazzjon mil-pubbliku PROSET UKOLL LIS-SEZZJONI PARTITARJI u zeffiena bravi li matul il-gimgha kienu jiltaghu biex jippratikaw iz-zifna u proset tal-kostumi e!! Issa inkomplu nahdmu biex ikollna FESTA xierqa ghall-dan ir-rahal....
Xahar Biss fadal biex naraw lil pupa taghna biss hirga mill-knisja u ddur mar-rahal!! Ejjew hbieb duttrinisti ha nahdmu biex ikollna festa sabiha u kif jixraq ghal-gawrha u s-sabiha taghna biss :):)
Ejjew hbieb halli namlu festa kbira lil din ommna tad-Duttrina u nkomplu namlu iktar unuri lil ghaqda taghna u lil rahalna!! Nies narawkom fit-26 ta Lulju ghal serata mballata bid divertiment fil-pjazza ta Hal Tarxien... Imbaghad fid-19 ta Lulju ghal Festa tal-Pupa taghna gewwa Hal Tarxien!!! Viva l-Madonna tad-Duttrina!!!
MyHotComments